F'Marzu 2006, il-Kummissjoni - DĠ Komunikazzjoni, ħarġet Sejħa għal Proposti - DG COMM A2-1/2006, fil-qasam tal-Pjan D1 għal "Demokrazija, Djalogu u Dibattitu", biex tagħti support lil proġetti pan-Ewropej mħejjija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bil-għan li jinkoraġġixxu u jippromwovu d-djalogu u d-dibattitu bejn ċittadini dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-UE.
Radio Web Europe, waħda mill-inizzjattivi magħżula mill-Kummissjoni, ġiet ippreżentata minn sħubija ta' 8 organizzazzjonijiet minn 7 Stati Membri: CENASCA CISL (IT), ko-ordinaturi tal-Proġett; CABA (PT); CECE (ES); CESFOR (IT); MPRC (LT); ProjectOffice (AT); Townfield Training (UK); UĦM (MT). Dan il-proġett għandu l-għan li jinvolvi liż-żgħażagħ u li jippromwovi l-parteċipazzjoni tagħhom fid-dibattitu dwar il-futur ta' l-Ewropa.
Radio Web Europe beda f'Diċembru 2006 u għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2007. L-implimentazzjoni tal-proġett hija sstrutturata f'dawn l-4 azzjonijiet li ġejjin:
Gruppi ta' Fokalizzazzjoni Tematika, indirizzati lejn ċittadini żgħażagħ biex tiġi stimulata l-parteċipazzjoni tagħhom fid-dibattitu bħala rappreżentanti taċ-"ċittadinanza Ewropea", u biex jiġi indirizzat il-bżonn tagħhom għal informazzjoni dwar kwistjonijiet Ewropej, (2 Gruppi Fokalizzati f'kull pajjiż sieħeb f'dan il-proġett).;
Sit web multimedjali www.radiowebeurope.eu li jippermetti parteċipazzjoni reali taż-żgħażagħ fid-dibattitu dwar kwistjonijiet Ewropej b'web streaming ta' kontenuti online (Intervisti, Opinjonijiet, Analiżi, Surveys) jew kontenuti live (chat, web diretti eċċ). Il-Parteċipanti mhux biss ser ikunu jistgħu jaraw u jniżżlu kontenuti awdjo/video, imma wkoll itellgħu il-kontribuzzjonijiet multimedjali tagħhom. Dawn il-kontenuti ser ikunu irrealizzati b'mod li jkun possibli l-podcasting awdjo/video, b'mod partikolari tal-kontenuti pproduċuti minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mingħajr profitt.
Workshops, organizzati biex jinkoraġġixxu u jippromwovu dibattiti taż-żgħażagħ dwar suġġetti Ewropej kif ipprovdut fil-Pjan D għal Demokrazija, Djalogu u Dibattitu tal-Kummissjoni Ewropea (2 workshops f'kull pajjiż).
Konferenza trans-nazzjonali finali, li għandha ssir f'Diċembru 2007, li tirrapreżenta okkażjoni li fiha jiġu maqsuma esperjenzi bejn is-7 pajjiżi involuti fil-proġett.
L-għan prinċipali tal-proġett huwa li jgħaqqad, f'livelli territorjali differenti, is-soċjetà ċivili ma' dawk responsabbli għal politika, u li jiġu esperjenzati metodi ġodda li bihom jistgħu jiġu involuti żgħażagħ ewropej u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Radio Web Europe jirrapreżenta wkoll mezz li jintegra d-dibattitu li qiegħed iseħħ fuq "Debate Europe".